Operaturi fl-ipproċessar tal- posta

Il-persuni magħżula jkunu responsabbli għall-ipproċessar ta' posta ġewwa ċ-ċentru ewlieni sabiex din tkun lesta għat-tqassim fl- lokalitajiet differenti. Jista' jkun hemm każijiet fejn il-persuna magħżula tkun meħtiega taħdem fuq rotta speċifika għal ġbir ta' ittri minn diversi lokalitajiet.

Il-ħin tax-xogħol ser ikun mill-17:30hrs ‘l quddiem.

Dawk interessati għandhom jkollhom aktar minn tmintax -il sena u:

• ikollhom dehra pulita u preżentabbli;
• ikunu kapaċi jafu jikkomunikaw b'mod effettiv;
• ikunu jafu jmorru man-nies u jkollhom personalita' pożittiva
• ikollhom tlett ‘passes' fil-livell Ordinarju/Matsec jew ekwivalenti;
• ikollhom ċertifikat ta' kondotta tal-Pulizija nadifa;
• preferibilment ikollhom liċenzja tas-sewqan kategorija B

L-applikanti nteressati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni flimkien ma' curriculum vitae dettaljat fuq recruitment@maltapost.com

L-applikanti huma mfakkra biex fl-ittra tal-applikazzjoni jindikaw r-referenza għal-liema vakanza jkunu qed japplikaw. L-applikazzjonijiet kollha jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali. Fil-każ ta' solleċitar, l-applikanti, awtomatikament jiġu skwalifikati.