Pustiera fuq rotot bil-mutur

Il-persuna magħżula tkun responsabbli għat-tqassim ta' posta permezz tal-mutur fuq distretti ndikati u tirrapporta lis-Supervisor Delivery. Ix-xoghol ikun filghodu mit-Tnejn sas-Sibt.

Il-kandidat ideali għandu jkollu aktar minn tmintax -il sena u:

• jkollu dehra pulita u preżentabbli;

• jkun kapaċi jikkomunika b'mod eċċellenti u effettiv;

• jkollu karattru socjevoli u personalita pożittiva

• jkollu tliet ‘passes' fl-livell Ordinarju/Matsec jew ekwivalenti;

• jkollu ċertifikat ta' kondotta tal-Pulizija nadifa;

• jkollu liċenzja tas-sewqan għal mutur b'magna 125cc

L-applikanti nteressati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni flimkien ma' curriculum vitae dettaljat fuq recruitment@maltapost.com

L-applikanti huma mfakkra biex fl-ittra tal-applikazzjoni jindikaw r-referenza għal liema vakanza jkunu qed japplikaw.

L-applikazzjonijiet kollha jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali. Fil-każ ta' solleċitar, l-applikanti, awtomatikament jiġu skwalifikati.