Courier Driver - Mit-Tnejn sal-Gimgha bejn 13:00-20:00 - Is-Sibt 12:00-19:00

Il-persuna magħżula tkun responsabbli għat-tqassim ta' posta permezz ta' vettura fuq distretti ndikati. Ħinijiet tax-xogħol mit-Tnejn sal- Gimgha bejn 13:00hrs u 20:00hrs u s-Sibt bejn 12:00hrs u 19:00hrs.

L-applikanti jrid ikollhom:

  • Liċenzja tas-sewqan B u jkunu kapaċi jsuqu vann;
  • 23 sena jew aktar;
  • Ċertifikat ta' "School Leaving";
  • Jitkellmu bil-Malti u l-Ingliż;
  • Kapaċi li jerfgħu piżijiet sa massimu ta' 30 Kg;
  • Ċertifikat ta' kondotta nadifa mill-Pulizija ta' Malta.
  • Dehra pulita u preżentabbli;

L-applikanti nteressati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni flimkien ma' curriculum vitae dettaljat fuq l-email address recruitment@maltapost.com

L-applikanti huma mfakkra biex fl-ittra tal-applikazzjoni jindikaw għal liema vakanza jkunu qed japplikaw. L-applikazzjonijiet kollha jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali. Fil-każ ta' solleċitar, l-applikanti, awtomatikament jiġu skwalifikati.