Electricians

Il-persuna magħżula tkun responsabbli sabiex tagħmel xogħol fuq installazzjonijiet ġodda u eżistenti ta' l-elettriku kif ukoll tagħmel xogħol ta' manutenzjoni fil-Fergħat u propjeta` tal-Kumpanija u tirrapporta lill-Head Support Services.

Il-kandidat ideali għandu:

• jkollu fil-pussess tiegħu liċenzja ta' Electrician A u B;

• ikun kapaċi jaqra u jinterpreta pjanti u abbozzi;

• jkollu esperjenza fl-istandards u l-prattici kurrenti fix- xogħol tal-elettriku;

• jkollu ċertifikat ta' kondotta tal- Pulizija nadifa;

• jkun fiżikament b'saħħtu u kapaċi jerfa` piżijiet;

• jkollu liċenzja tas-sewqan kategorija ‘B'.

Preferenza ser tingħata lil min għandu għarfien u esperjenza fuq sistemi HVAC. L-applikanti nteressati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni flimkien ma' curriculum vitae dettaljat fuq recruitment@maltapost.com

L-applikazzjonijiet kollha jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali. Fil-każ ta' solleċitar, l-applikanti, awtomatikament jiġu skwalifikati.