Over the past decades, PostEurop, the association that represents European public postal operators, has been coordinating the annual issue of stamps bearing a common theme. The aim of issuing "Europa Stamps" is to build awareness of the common roots, culture and history of Europe and its common goals.
"National Archaeological Discoveries" is the Europa stamp theme for 2025, emphasizing the many facets of the Continent's rich and varied past.
MaltaPost shall issue a set of two stamps, in collaboration with the Superintendence of Cultural Heritage, Heritage Malta, and the Department of Classics and Archaeology at the University of Malta. These stamps show artefacts found within Phoenician rock-cut tombs excavated at Għajn Klieb and Għajn Qajjet in the outskirts of Rabat, in an area that served as a cemetery for the first Phoenicians who settled in Malta around 2,700 years ago.
The €1.91 stamp features pottery vessels used as drinking cups, jugs and storage jars. The €2.00 stamp portrays personal jewellery items including earrings, bangles, rings and beads found within large storage containers, together with cremated human remains.
The new set will be issued in a sheet of 11 stamps, with each stamp measuring 44 mm x 31 mm, with a comb perforation of 14.1 x 14.2 and bearing the Maltese Cross watermark. The sheets measure 158 mm x 150 mm and were produced in the offset process by Printex Limited. The issue consists of 22,000 stamps of the €1.91 denomination and 22,000 stamps of the €2.00 denomination.
The stamps will be available from all Post Offices in Malta and Gozo from Friday 9 May 2025. Orders may be placed online at www.maltaphilately.com; or by mail from the Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c., 305 Qormi Road, Marsa MTP 1001; by telephone 2596 1740 or via e-mail info@maltaphilately.com

Ħarġa Filatelika - EUROPA 2025 - Skoperti Arkeoloġiċi Nazzjonali
Matul l-aħħar deċenji, PostEurop, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-operaturi postali pubbliċi Ewropej, ikkordinat l-ħruġ annwali ta' bolli b'tema komuni. L-għan ewlieni tal-ħruġ tal- "Europa Stamps" huwa li tinbena kuxjenza dwar l-għeruq , il-kultura u l-istorja tal-Ewropa u l-għanijiet komuni tagħha.
It-tema tal-"Europa Stamps" għall-2025 hija "Skoperti Arkeoloġiċi Nazzjonali", li tenfasizza l-ħafna aspetti tal-passat rikk u varjat tal-Kontinent.
MaltaPost se tniedi sett ta' żewġ bolli, grazzi għal-kollaborazzjoni tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, Heritage Malta, u d-Dipartiment tal-Istudji Klassiċi u l-Arkeoloġija fl-Universita ta' Malta. Dawn il-bolli juru artefatti misjuba f'oqbra Feniċi maqtugħa fil-blat skavati f'Għajn Klieb u Għajn Qajjet fil periferija tad-Rabat. Din iż-żona serviet bħala ċimiterju għall-ewwel nies Feniċi li ġew Malta madwar 2,700 sena ilu.
Il-bolla ta' €1.91 turi reċipjenti tal-fuħħar użati bħala tazzi tax-xorb, buqar u vażetti tal-ħżin tal-ikel. Il-bolla ta' €2.00 turi oġġetti ta' ġojjellerija personali li jinkludu msielet, brazzuletti, ċrieket u żibeġ. Dawn instabu f'kontenituri kbar flimkien ma' fdalijiet umani kkremati.
Dan is-sett se jinħareġ f'folja ta' 11-il bolla, b'kull bolla ta' daqs 44 mm x 31 mm, b'perforazzjoni ta' 14.1 x 14.2 u għandha "watermark" bis-salib ta' Malta. Kull folja hija ta' daqs 158 mm x 150 mm u ġiet stampata minn Printex Limited bil proċess offset. Il-ħarġa tikkonsisti fi 22,000 bolla ta' denominazzjoni ta' €1.91 u 22,000 bolla ta' denominazzjoni ta' €2.00.
Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f' Malta u Għawdex mill-Ġimgħa 9 ta' Mejju 2025. Ordnijiet jistgħu jsiru onlajn fuq https://www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 - telefon 2596 1740 - email info@maltaphilately.com
Dowloaad Press Release