News Details

Celebrating the 10th Anniversary of the Tanseana DMS Centre in Gozo

On Friday 30th May, MaltaPost celebrated the tenth anniversary of its Tanseana Document Management Services Centre, located in Xewkija, Gozo. The event, held at The Grand Hotel in Mġarr, Gozo, was attended by employees and their family members as well as Jobs Plus and Lino Spiteri Foundation officials.

The Centre, which began its operation in 2015, is distinguished by its commitment to fostering an inclusive work environment. Over 65 staff members-making up 80% of the Centre's workforce-are persons with disabilities, highlighting the Company's commitment to diversification, inclusion, and equal opportunity.

The manager of the Service Centre, Paul Curmi, expressed pride in the advancements made in creating a diverse and inclusive workforce. Joseph Said, MaltaPost Chairman stated: "This anniversary marks our operational success, and more importantly, it celebrates the impressive dedication and talent of the persons who make up our team, supported by the enthusiasm and professional approach of our partners, Jobs Plus and the Lino Spiteri Foundation, together with job coaches and other MaltaPost staff members."

Throughout these years, MaltaPost has continuously sought to foster a supportive and accessible work environment, ensuring that every staff member is equipped with the tools and resources necessary to succeed.
Looking ahead, MaltaPost is committed to expanding its inclusivity initiatives and to further promote employment opportunities for persons with different abilities.

 

 

Ċelebrazzjoni tal-10 Anniversarju tat-Tanseana Document Management Services Centre f'Għawdex

Nhar il-Ġimgħa 30 ta' Mejju, MaltaPost iċċelebrat l-għaxar anniversarju tat-Tanseana Document Management Services Centre li jinsab fix-Xewkija, Għawdex. Għal din l-attività, li saret ġewwa l-Grand Hotel, fl-Imġarr, Għawdex, attendew l-impjegati flimkien ma' membri tal-familji tagħhom, kif ukoll uffiċjali ta' Jobs Plus u l-Fondazzjoni Lino Spiteri.

Iċ-Ċentru, li beda l-operat tiegħu fl-2015, huwa rinomat għall-impenn tiegħu li jhaddan ambjent ta' xogħol inklussżiv. Aktar minn 65 impjegat - jiġifieri 80% tal-ħaddiema taċ-Ċentru - huma persuni b'abbiltajiet differenti, li juri l-impenn tal-Kumpanija għad-diversifikazzjoni, l-inklużjoni, u għall-opportunitajiet indaqs.

"Ninsabu kburin bil-progress li sar f'dan il-proġett li jimpjega persuni b'abbiltajiet differenti fejn ħloqna ambjent inklussiv", qal is-Sur Paul Curmi, il-maniġer taċ-Ċentru. Filwaqt li ċ-Chairman ta' MaltaPost, is-Sur Joseph Said, ikkummenta: "Dan l-anniversarju jenfasizza s-suċċess operattiv tagħna, u aktar importanti minn hekk, jiċċelebra d-dedikazzjoni u t-talent impressjonanti tal-persuni li jiffurmaw it-tim tagħna, appoġġjati mill-entużjażmu w l-professjonalità tal-imsieħba tagħna, Jobs Plus u l-Fondazzjoni Lino Spiteri, flimkien mal-job coaches u membri oħra tal-istaff ta' MaltaPost".

Matul dawn is-snin, MaltaPost dejjem fittxet li thaddan ambjent tax-xogħol li jkun ta' appoġġ u aċċessibbiltà għal kullħadd, biex tiżgura li kull ħaddiem ikun mgħammar bl-għodod u r-riżorsi meħtiega biex jirnexxi.

B'ħarsa ‘l quddiem, MaltaPost hija mpenjata biex tespandi l-inizjattivi tagħha għall-inklussività u li tippromwovi aktar opportunitajiet ta' impjieg għal persuni b'ħiliet differenti.

 

Download Press Release