News Details

Philately Stamp Issue - SEPAC 2025 - Architecture

The Small European Postal Administrations Cooperation (SEPAC), of which MaltaPost is a member, consists of thirteen European postal authorities. Every year, SEPAC launches a joint stamp issue bearing a common theme throughout participating member countries. For 2025, the theme chosen is "Architecture". MaltaPost is issuing a new philatelic set of three stamps that feature notable architectural buildings in Malta and Gozo.

The €0.45 stamp portrays the Church of Saint Catherine of Italy located in Valletta. The baroque façade of the 18th century Seminary building in Mdina is featured on the €1.50 stamp. The €1.91 stamp shows a splendid view of the parish church of Ghajnsielem in Gozo, dedicated to Our Lady of Loreto. It bears the SEPAC logo since this stamp is MaltaPost's official entry for the 2025 joint issue competition. All photography was taken by Maria Christina Bugeja and Mariah Grech.

This set will be issued in a sheet of 10 stamps, with each stamp measuring 31mm x 44mm, a comb perforation 14.1 x 14.2, and bearing the Maltese Cross watermark. The sheets measure 182mm x 115mm and were produced by Printex Ltd in the offset process. The issue consists of 500,000 of the €0.45c stamp, 50,000 of the €1.50 stamp and 50,000 of the €1.91 stamp.

These stamps will be available from all Post Offices in Malta and Gozo from Tuesday 29 July 2025. Orders may be placed online at www.maltaphilately.com or by mail from the Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Qormi Road, Marsa, MTP 1001; Telephone: 2596 1740, e-mail: info@maltaphilately.com

 

 

Ħarġa Filatelika - SEPAC 2025 - Arkitettura

Il-Kooperazzjoni tal-Amministrazzjonijiet Postali Żgħar Ewropej (SEPAC), li tagħha MaltaPost hija membru, tikkonsisti minn tlettax-il awtorità postali Ewropea. Kull sena, is-SEPAC tniedi ħarġa konġunta ta' bolli b'tema komuni fil-pajjiżi membri parteċipanti kollha. Għall-2025, it-tema magħżula hija "Arkitettura". MaltaPost qed toħroġ sett filateliku ġdid ta' tliet bolli li juru bini arkitettoniku notevoli f'Malta u Għawdex.

Il-bolla ta' €0.45 turi l-knisja ta' Santa Katerina tal-Italja li tinsab fil-Belt Valletta. Il-faċċata barokka tal-bini tas-Seminarju tas-seklu 18, fl-Imdina, tidher fuq il-bolla ta' €1.50. Il-bolla ta' €1.91 turi veduta mill-isbaħ tal-knisja parrokkjali ta' Għajnsielem f'Għawdex, iddedikata lill-Madonna ta' Loreto. Din fiha l-logo tas-SEPAC peress li din il-bolla hija s-sottomissjoni uffiċjali ta' MaltaPost għall-kompetizzjoni tal-ħruġ konġunt tal-2025. Il-fotografija ttieħdet minn Maria Christina Bugeja u Mariah Grech.

Dan is-sett se jinħareġ f'folja ta' 10 bolli, b'kull bolla ta' daqs 31mm x 44mm, b'perforazzjoni ta' 14.1 x 14.2 u għandha "watermark" bis-salib ta' Malta. Kull folja hija ta' daqs 182mm x 115 mm u ġiet stampata minn Printex Limited bil proċess offset. Il-ħarġa tikkonsisti f'500,000 bolla ta' denominazzjoni ta' €0.45, 50,000 bolla ta' denominazzjoni ta' €1.50 u 50,000 bolla ta' denominazzjoni ta' €1.91.

Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f' Malta u Għawdex mit-Tlieta 29 ta' Lulju 2025. Ordnijiet jistgħu jsiru onlajn fuq https://www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 - telefon 2596 1740 - email info@maltaphilately.com

Download Press Release