News Details

Philately - Year Pack 2025

MaltaPost is pleased to announce the launch of the Year Pack 2025, a comprehensive and elegantly presented collection featuring all postage stamps issued throughout 2025. Carefully curated and preserved in pristine mint condition, the Year Pack brings together a diverse range of themes that reflect Malta's cultural identity, historical milestones, and international connections. The 2025 collection includes stamp sets dedicated to:

• The Year of the Snake 2025
• Cats - Series II
• Pope Francis (1936-2025)
• EUROPA 2025 - National Archaeological Discoveries
• Presidency of Malta, Council of Europe
• EUROMED 2025 - Resources of the Mediterranean
• SEPAC 2025 - Architecture
• Maltese Festa - Series IX
• Comic Art in Malta 2025, DIABOLIK
• Nativity 2025
• Christmas 2025

Presented in an attractive folder, the Year Pack also includes full technical details on each philatelic issue, offering valuable insight for stamp collectors, cultural enthusiasts and Melitensia buffs - serving as both a collectible item and a visual narrative of the year's most significant themes.

The Year Pack will be available from all Post Offices in Malta and Gozo as from Wednesday 25 March 2026. Orders may also be placed online at www.maltaphilately.com, by mail through the Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c., 305 Qormi Road, Marsa MTP 1001, by telephone on 2596 1740 or via e-mail at info@maltaphilately.com

MaltaPost toħroġ il-Year Pack - Il-kollezzjoni sħiħa ta' bolli maħruġa matul l-2025

MaltaPost toħroġ il-Year Pack 2025, kollezzjoni sabiħa u kompluta li tinkludi l-bolli kollha li ħargu matul is-sena 2025. Il-Year Pack jiġbor fiħ il-ħarġiet ta' bolli f'format mint (mhux ittimbrati), bid-diversi temi li juru l-kultura Maltija, mumenti mportanti fl-istorja u r-relazzjonijiet ta' Malta ma' pajjiżi oħra.

Il-kollezzjoni tal-2025 tinkludi dawn it-temi:

• Is-Sena tas-Serp 2025
• Qtates - Serje II
• Papa Franġisku (1936-2025)
• EUROPA 2025 - Skoperti Arkeoloġiċi Nazzjonali
• Il-Presidenza ta' Malta fil-Kunsill tal-Ewropa
• EUROMED 2025 - Riżorsi tal-Mediterran
• SEPAC 2025 - Arkitettura
• Il-Festa Maltija - Serje IX
• Comic Art f'Malta 2025, DIABOLIK
• In-Nattività 2025
• Il-Milied 2025

Il-Year Pack huwa ppreżentat f'folder sabiħ u jinkludi wkoll d-dettalji tekniċi tal-ħarġiet filateliċi kollha tas-sena - li jagħmilha ideali għal min jġemma l-bolli, għal min iħobb il-kultura u għal dawk interessati fil-Melitensia.

Il-Year Pack se jkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali kollha f' Malta u Għawdex minn nhar l-Erbgħa 25 ta' Marzu 2026. Ordnijiet jistgħu jsiru onlajn minn https://www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, billi ċċempel fuq 2596 1740 jew tibgħat email fuq info@maltaphilately.com

Download Press Release